Informazzjoni legali
Il-Konsorzju tan-Napo jipproduċi l-films ta’ Napo f’isem grupp żgħir ta’ organizzazzjonijiet Ewropej tas-saħħa u s-sigurtà: AUVA (l-Awstrija); CIOP (Il-Polonja); DGUV (il-Ġermanja); INAIL (l-Italja); INRS (Franza); SUVA (l-Isvizzera); TNO (Olanda) u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Barra minn hekk, l-EU-OSHA għandha ftehim ma’ DGUV (f’isem il-Konsorzju) biex tirriproduċi u tipprovdi kopji tal-films ta’ Napo lill-Punti Fokali nazzjonali fl-Istati Membri kollha tal-UE, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi tal-EFTA.
Il-Konsorzju tan-Napo huwa amministrat mill-
Assigurazzjoni Soċjali Ġermaniża għall-Inċidenti (DGUV)
Glinkastraße 40
D-10117 Berlin
Tel.: +49 30 288763800
Fax: +49 30 288763808
Posta elettronika: contact form; Internet: www.dguv.de
Ikkuntattja: contact form
Il-websajt ta’ Napo hija ġestita u ospitata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
Importanti: Ma tista’ tiġi aċċettata ebda responsabbiltà għall-kompletezza jew għall-korrettezza tal-informazzjoni, u lanqas għal żbalji tekniċi jew editorjali, ommissjonijiet, eċċ.
B’mod partikolari, ma tista’ tingħata ebda garanzija għall-korrettezza u għall-kompletezza tal-informazzjoni esterna aċċessibbli permezz ta’ links għal siti esterni.
Avviż dwar il-privatezza
Il-parti organizzazzjonali tal-Aġenzija fdata bl-ipproċessar tad-dejta personali
Andrew Smith, Kap tal-Unità tal-Komunikazzjoni u l-Promozzjoni
L-għan tal-ipproċessar
Għall-fini tal-produzzjoni ta’ statistika anonima dwar l-użu ta’ din il-websajt, jinħolqu log fajls għal kull aċċess għall-websajt, li jkun fihom id-dejta aggregata li ġejja: in-numru totali ta’ żjarat, il-pajjiżi tal-utenti, it-tul tas-sessjonijiet u l-mogħdija segwita mill-utenti matul is-sessjonijiet.
Tip ta’ dejta pproċessata
Dawk il-log fajls ikun fihom din l-informazzjoni li ġejja:
- L-indirizz tal-IP tal-utent
- Id-data u l-ħin meta t-talba tal-utent għall-aċċess għall-websajt tkun waslet fis-server tal-web
- L-URL mitluba
- Il-kodiċi tar-ritorn tal-HTTP li tkun ingħatat lir-rikjedent (l-utent)
- Il-ħin tal-ipproċessar tar-rikjedent
- L-istring tal-aġent tal-utent tar-rikjedent.
Bażi legali
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u emendi sussegwenti.
Il-legalità tal-ipproċessar
L-ipproċessar huwa bbażat fuq l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (minn hawn 'il quddiem, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).
Il-benefiċjarji tad-dejta
L-aċċess għad-dejta personali jingħata fuq il-bażi tar-rwol u r-responsabbiltajiet tas-suġġetti involuti (il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta’ tagħrif”):
- Persunal tal-EU-OSHA debitament maħtur
- Fornitur estern li jospita s-server tal-EU-OSHA
- Is-Servizz Legali, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-Ombudsman Ewropew, il-Qorti tal-Awdituri, is-Servizz tal-Awditjar Intern, jekk applikabbli.
Il-benefiċjarji kollha msemmija hawn fuq huma marbuta bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data. L-EU-OSHA mhux se tiżvela d-dejta personali lil partijiet terzi. L-EU-OSHA mhux se tiddivulga d-dejta personali għall-kummerċjalizzazzjoni diretta għal finijiet kummerċjali.
Cookies
Din il-websajt tistabbilixxi cookies temporanji tas-sessjoni kull meta żżur dan is-sit. Dawn il-cookies huma meħtieġa biex jippermettu s-sessjoni. Dawn jitħassru meta tagħlaq is-sessjoni tal-brawżer tiegħek. L-indirizz tal-IP tal-utent ma jinħażinx f’xi cookie. Il-cookies għandhom ID unika biex jiġu identifikati s-sessjonijiet li hija kompletament anonima għall-finijiet tal-permess tas-sessjoni.
Din il-websajt tuża Matomo, softwer li jiġġenera statistika tal-web, li huwa kompletament ospitat fis-servers tal-EU-OSHA, li jinsabu fl-Unjoni Ewropea. Matomo jaħżen il-cookies fil-kompjuter tiegħek, iżda ma tinġabar l-ebda dejta personali. L-ID anonima tippermetti li Matomo jidentifika s-sessjoni tiegħek, iżda din l-ID ma tfisser xejn għal ħaddieħor, u ma tistax tintuża biex tidentifika utent individwali.
Jekk ma tixtieqx li l-EU-OSHA tintraċċa l-attività tiegħek permezz ta’ Matomo, inti tista’ tagħżel l-esklużjoni mill-Matomo billi tikklikkja fil-kaxxa t’hawn taħt.
Id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta
Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt għal aċċess, rettifika u mblukkar tal-informazzjoni tagħhom (fil-każ ta’ ineżattezza tad-dejta), li jitolbu l-kanċellazzjoni tagħhom u joġġezzjonaw dwar l-ipproċessar tagħhom fil-każijiet previsti fl-Artikoli 13, 14, 15, 16 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Jekk ikollok xi mistoqsijiet jew ilmenti rigward il-ġbir, l-ipproċessar jew l-użu tad-dejta personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: contact form, fejn fis-suġġett tinkludi l-kliem “protezzjoni tad-dejta”.
Informazzjoni dwar il-perjodu ta’ konservazzjoni tad-dejta
L-informazzjoni inkluża fil-log fajls tinżamm għal sentejn fis-server tal-EU-OSHA ospitat minn fornitur estern li jinsab fl-Unjoni Ewropea.
Id-dejta għall-ħolqien ta’ rapporti ta’ statistika anonimi jinżammu għal perjodu itwal.
Miżuri ta’ sigurtà
Aħna nieħdu miżuri ta’ sigurtà xierqa biex nipproteġu kontra l-aċċess mhux awtorizzat jew il-bdil, id-divulgazzjoni jew id-distruzzjoni tad-dejta b’mod mhux awtorizzat. Dawn jinkludu reviżjonijiet interni tal-prattiki tal-ġbir, tal-ħażna u tal-ipproċessar tad-dejta u tal-miżuri ta’ sigurtà tagħna, inkluż il-kriptaġġ xieraq tal-komunikazzjoni u miżuri ta’ sigurtà fiżika bħala protezzjoni kontra l-aċċess mhux awtorizzat għas-sistemi fejn naħżnu d-dejta personali.
Talba għall-informazzjoni
Għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri rigward l-immaniġġjar tad-dejta personali tagħhom, is-suġġetti tad-dejta jistgħu jindirizzaw it-talba tagħhom lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-EU-OSHA fuq: contact form.
Rikors quddiem il-KEPD
Is-suġġetti tad-dejta huma intitolati jagħmlu rikors quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data: http://www.edps.europa.eu, jekk iqisu li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
© 2015 EU-OSHA | aġenzija tal-Unjoni Ewropea