Dalwaqt fl-2022

Portrait of Napo

Fl-2021 tnieda film dwar il-pożizzjoni – bilqiegħda u bilwieqfa – biex jappoġġja l-kampanja Ewropea dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2020-21 dwar id-Disturbi Muskoloskeletali (MSDs) - “Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa jħaffu l-piż”.

Fl-aħħar tal-2021 tnieda film ġdid ta’ Napo dwar ir-Robotika.

Il-programm tal-films ta’ Napo għall-2022 jinkludi l-karċinoġeni - kontribut għall-pjan ġenerali tal-UE għall-Ġlieda kontra l-Kanċer – u films qosra dwar is-sikurezza kontra n-nirien u spazji konfinati.