Il-films ta' Napo

Il-films ta' Napo

"L-aħjar mod kif tuża Napo huwa li taħseb Napo"

Is-serje ta’ films ta’ Napo hija prodotta fi grafika tal-kompjuter. Il-films jippreżentaw karattri fid-dinja tax-xogħol, li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.

Il-karattru prinċipali, Napo, u sħabu jesprimu ruħhom f’lingwa mingħajr kliem. L-istejjer tagħhom għandhom valur edukattiv. Huma jqajjmu mistoqsijiet u jqanqlu dibattitu fuq aspetti speċifiċi ta’ sigurtà fuq ix-xogħol. Xi drabi jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi jew iwasslu għalihom.

Hija din it-taħlita ta’ edukazzjoni, newtralità kulturali u umoriżmu mqiegħda fi stil ta’ kartûn li tagħti lis-serje ta’ "Napo" l-identità tagħha. Napo huwa karattru simpatiku imma traskurat. Il-lingwa universali ta’ Napo tagħmel il-films ta’ Napo adatti għal kulħadd. Kull xena hija indipendenti mill-oħrajn u tista’ tintuża bħala film wieħed, jew individwalment.

Billi Napo huwa karattru tal-kartûn huwa jista’ jesplora oqsma li ma jkunux possibli fi dramm jew dokumentarji. Xejn ma jista’ jeqirdu u ma jispiċċa qatt, mhux bħall-ħaddiema li qed nippruvaw inħarsu.

Dan il-filmat jagħti introduzzjoni għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fir-rigward tal-użu tar-robots u jiddeskrivi wħud mit-teknoloġiji tar-robotika li qed jiġu żviluppati dan l-aħħar…

Id-disturbi muskuloskeletali relatati max-xogħol (MSDs) huma kkunsidrati bħala l-iktar problemi komuni tas-saħħa relatati max-xogħol fl-Ewropa u dan minkejja diversi sforzi sabiex jiġu ndirizzati, bl…

Minħabba l-miżuri sabiex jiġi kkontrollat il-Coronavirus, kien meħtieġ li numru ta’ persuni jaħdmu mid-dar. Dan mhux dejjem jaf ikun tajjeb daqs kemm meta taħdem mill-uffiċju. Hemm ħafna fatturi…