You are here

Il-films ta' Napo

"L-aħjar mod kif tuża Napo huwa li taħseb Napo"

Is-serje ta’ films ta’ Napo hija prodotta fi grafika tal-kompjuter. Il-films jippreżentaw karattri fid-dinja tax-xogħol, li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.

Il-karattru prinċipali, Napo, u sħabu jesprimu ruħhom f’lingwa mingħajr kliem. L-istejjer tagħhom għandhom valur edukattiv. Huma jqajjmu mistoqsijiet u jqanqlu dibattitu fuq aspetti speċifiċi ta’ sigurtà fuq ix-xogħol. Xi drabi jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi jew iwasslu għalihom.

Hija din it-taħlita ta’ edukazzjoni, newtralità kulturali u umoriżmu mqiegħda fi stil ta’ kartûn li tagħti lis-serje ta’ "Napo" l-identità tagħha. Napo huwa karattru simpatiku imma traskurat. Il-lingwa universali ta’ Napo tagħmel il-films ta’ Napo adatti għal kulħadd. Kull xena hija indipendenti mill-oħrajn u tista’ tintuża bħala film wieħed, jew individwalment.

Billi Napo huwa karattru tal-kartûn huwa jista’ jesplora oqsma li ma jkunux possibli fi dramm jew dokumentarji. Xejn ma jista’ jeqirdu u ma jispiċċa qatt, mhux bħall-ħaddiema li qed nippruvaw inħarsu.

Napo fil-... meta jolqtok l-istress

Napo fil-... meta jolqtok l-istress
2014

L-istress fuq il-post tax-xogħol huwa r-raġuni għal perċentwal għoli ta’ jiem ta’ xogħol mitlufa, u l-għadd ta’ persuni li jsofru minn kundizzjonijiet marbuta mal-istress qiegħed jiżdied. Napo jidentifika wħud mill-kawżi tal-istress fuq il-post tax-...

Ara l-filmAra l-episodji

Napo f’ – m’hemm xejn tad-daħk

Napo f’ – m’hemm xejn tad-daħk
2013

Żelqiet u waqgħat huma wħud mill-aktar perikli komuni li kull sena, huma l-kawża ta` eluf ta` nċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol. Żelqiet huma komunement ikkaġunati minn art imxarrba waqt li l-waqgħat huma kkaġunati minħabba traskuraġni waqt il-...

Ara l-filmAra l-episodji

Denk an mich. Dein Rücken (Napo f'... ‘Ħu ħsieb dahrek’)

Denk an mich. Dein Rücken (Napo f'... ‘Ħu ħsieb dahrek’)
2013

L-istress fid-dahar jistgħu jseħħu f'sitwazzjonijiet differenti, kemm fuq ix-xogħol kif ukoll fid-dar. M'hemm l-ebda sigriet għal Napo, l-eroj animat ta' film ġdid qasir għall-kampanja 'Ħu ħsieb dahrek'. Napo jissottolinja l-ħafna perikli li jistgħu...

Ara l-film

Napo……naħdmu flimkien

Napo……naħdmu flimkien
2012

Mhux kull ma jleqq hu deheb hekk sid il-fabbrika kien qed jagħti intervista dwar ir-rekords ta' produzzjoni u sigurtà fil-kumpanija Fuq liveli differenti, prattiki ta' xogħol perikolużi, nuqqas ta' segwitu tal-proċeduri ta' sigurtà u komunikazzjoni...

Ara l-filmAra l-episodji

Pages