You are here

Il-films ta' Napo

"L-aħjar mod kif tuża Napo huwa li taħseb Napo"

Is-serje ta’ films ta’ Napo hija prodotta fi grafika tal-kompjuter. Il-films jippreżentaw karattri fid-dinja tax-xogħol, li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.

Il-karattru prinċipali, Napo, u sħabu jesprimu ruħhom f’lingwa mingħajr kliem. L-istejjer tagħhom għandhom valur edukattiv. Huma jqajjmu mistoqsijiet u jqanqlu dibattitu fuq aspetti speċifiċi ta’ sigurtà fuq ix-xogħol. Xi drabi jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi jew iwasslu għalihom.

Hija din it-taħlita ta’ edukazzjoni, newtralità kulturali u umoriżmu mqiegħda fi stil ta’ kartûn li tagħti lis-serje ta’ "Napo" l-identità tagħha. Napo huwa karattru simpatiku imma traskurat. Il-lingwa universali ta’ Napo tagħmel il-films ta’ Napo adatti għal kulħadd. Kull xena hija indipendenti mill-oħrajn u tista’ tintuża bħala film wieħed, jew individwalment.

Billi Napo huwa karattru tal-kartûn huwa jista’ jesplora oqsma li ma jkunux possibli fi dramm jew dokumentarji. Xejn ma jista’ jeqirdu u ma jispiċċa qatt, mhux bħall-ħaddiema li qed nippruvaw inħarsu.

Napo……naħdmu flimkien

Napo……naħdmu flimkien
2012

Mhux kull ma jleqq hu deheb hekk sid il-fabbrika kien qed jagħti intervista dwar ir-rekords ta' produzzjoni u sigurtà fil-kumpanija Fuq liveli differenti, prattiki ta' xogħol perikolużi, nuqqas ta' segwitu tal-proċeduri ta' sigurtà u komunikazzjoni...

Ara l-filmAra l-episodji

Napo fi … il-pulmuni fuq il-post tax-xogħol

Napo fi … il-pulmuni fuq il-post tax-xogħol
2011

L-espożizzjoni għad-duħħan tat-tabakk hija ħażina kemm għas-saħħa ta’ dawk li jpejpu u kemm għas-saħħa ta’ dawk li ma jpejpux. Id-duħħan tat-tabakk jista’ jikkawża problemi serji bħal mard kardjovaskulari u respiratorju. Dan jista’ jikkawża mewt...

Ara l-film

Napo... films minghajr periklu

Napo... films minghajr periklu
2011

Dan id-DVD jiffoka l-aktar fuq it-trasport fil-post tax-xogħol, b’mod partikolari fuq l-użu ta’ fork-lift truck flimkien ma` meżżi oħra ta` transport. Il-film juri xeni ta` żoni mingħajr perikli, sigurta tan-nies, sigurta tal-makkinarju,...

Ara l-filmAra l-episodji

Wo ist mein Kopf (Napo f'... ‘Kieku rasi ma kinitx fuq għonqi...’)

Wo ist mein Kopf (Napo f'... ‘Kieku rasi ma kinitx fuq għonqi...’)
2010

F'dan il-film qasir, Napo jappoġġja l-kampanja 'Neħilsu mir-riskju' (Risiko raus!), li tissottolinja l-importanza ta' sewqan sigur u s-sigurtà tat-trasport. Il-film juri kif traskuraġni bla ħsieb tista' faċilment twassal għal inċidenti fuq ix-xogħol...

Ara l-film

Pages