You are here

Il-films ta' Napo

"L-aħjar mod kif tuża Napo huwa li taħseb Napo"

Is-serje ta’ films ta’ Napo hija prodotta fi grafika tal-kompjuter. Il-films jippreżentaw karattri fid-dinja tax-xogħol, li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.

Il-karattru prinċipali, Napo, u sħabu jesprimu ruħhom f’lingwa mingħajr kliem. L-istejjer tagħhom għandhom valur edukattiv. Huma jqajjmu mistoqsijiet u jqanqlu dibattitu fuq aspetti speċifiċi ta’ sigurtà fuq ix-xogħol. Xi drabi jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi jew iwasslu għalihom.

Hija din it-taħlita ta’ edukazzjoni, newtralità kulturali u umoriżmu mqiegħda fi stil ta’ kartûn li tagħti lis-serje ta’ "Napo" l-identità tagħha. Napo huwa karattru simpatiku imma traskurat. Il-lingwa universali ta’ Napo tagħmel il-films ta’ Napo adatti għal kulħadd. Kull xena hija indipendenti mill-oħrajn u tista’ tintuża bħala film wieħed, jew individwalment.

Billi Napo huwa karattru tal-kartûn huwa jista’ jesplora oqsma li ma jkunux possibli fi dramm jew dokumentarji. Xejn ma jista’ jeqirdu u ma jispiċċa qatt, mhux bħall-ħaddiema li qed nippruvaw inħarsu.

Napo fi... ipproteġi l-ġilda tiegħek

Napo fi... ipproteġi l-ġilda tiegħek
2009

Il-filmat iqajjem kuxjenza dwar il-perikli tal-espożizzjoni tal-ġilda għal sustanzi li jagħmlu l-ħsara (u xi kultant mhux daqshekk ta' ħsara), is-sitwazzjonijiet meta l-espożizzjoni ssir, u x'jista' jsir biex jiġu evitati r-riskji, tipproteġi l-...

Ara l-film

Napo fil-... periklu: sustanzi kimiċi!

Napo fil-... periklu: sustanzi kimiċi!
2009

Dan il-filmat huwa verżjoni riveduta ta' ‘Scratch and Sniff – chemical risks at work’ (Sustanzi perikolużi fuq il-Post tax-Xogħol) prodott fl-2003. Huwa jintroduċi bidliet għall-armonizzazzjoni tas-sinjali (pittogrammi) użati fit-trasport ta'...

Ara l-filmAra l-episodji

Napo f': “is-sigurtà ġewwa… u barra mix-xogħol”

Napo f': “is-sigurtà ġewwa… u barra mix-xogħol”
2008

Il-film jirrakkonta l-istorja ta' Napo, ħaddiem eżemplari. Wara x-xogħol, madankollu, huwa jinjora r-riskji u r-regoli f'sitwazzjonijiet differenti. Dan iwassal għal ħafna kważi-inċidenti u fl-aħħar għal inċident sportiv li jieħu lil Napo l-isptar...

Ara l-film

Napo u r-riskji

Napo u r-riskji
2008

Il-valutazzjoni tar-riskju hija t-tema tal-Kampanja Ewropea għall-2008/09. Il-film “Negozju Riskjuż” huwa rigward il-perikli u r-riskji fuq ix-xogħol, u l-ħtieġa li r-riskji jiġu valutati u skont ir-riżultati jittieħdu azzjonijiet sabiex il-...

Ara l-filmAra l-episodji

Pages