You are here

Il-films ta' Napo

"L-aħjar mod kif tuża Napo huwa li taħseb Napo"

Is-serje ta’ films ta’ Napo hija prodotta fi grafika tal-kompjuter. Il-films jippreżentaw karattri fid-dinja tax-xogħol, li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.

Il-karattru prinċipali, Napo, u sħabu jesprimu ruħhom f’lingwa mingħajr kliem. L-istejjer tagħhom għandhom valur edukattiv. Huma jqajjmu mistoqsijiet u jqanqlu dibattitu fuq aspetti speċifiċi ta’ sigurtà fuq ix-xogħol. Xi drabi jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi jew iwasslu għalihom.

Hija din it-taħlita ta’ edukazzjoni, newtralità kulturali u umoriżmu mqiegħda fi stil ta’ kartûn li tagħti lis-serje ta’ "Napo" l-identità tagħha. Napo huwa karattru simpatiku imma traskurat. Il-lingwa universali ta’ Napo tagħmel il-films ta’ Napo adatti għal kulħadd. Kull xena hija indipendenti mill-oħrajn u tista’ tintuża bħala film wieħed, jew individwalment.

Billi Napo huwa karattru tal-kartûn huwa jista’ jesplora oqsma li ma jkunux possibli fi dramm jew dokumentarji. Xejn ma jista’ jeqirdu u ma jispiċċa qatt, mhux bħall-ħaddiema li qed nippruvaw inħarsu.

Napo u r-riskji

Napo u r-riskji
2008

Il-valutazzjoni tar-riskju hija t-tema tal-Kampanja Ewropea għall-2008/09. Il-film “Negozju Riskjuż” huwa rigward il-perikli u r-riskji fuq ix-xogħol, u l-ħtieġa li r-riskji jiġu valutati u skont ir-riżultati jittieħdu azzjonijiet sabiex il-...

Ara l-filmAra l-episodji

Napo f’ħaffef il-piż!

Napo f’ħaffef il-piż!
2007

Id-Disturbi Muskolu-Skeletali (MSDs) jirrapreżentaw l-aktar problema komuni tas-saħħa relatata max-xogħol fl-Ewropa, li taffettwa miljuni ta’ ħaddiema – xi darba f’ħajjithom daqs 90% tan-nies isofru minn uġigħ fid-dahar, disturbi fil-parti ta’ fuq...

Ara l-filmAra l-episodji

Napo f’ibda bit-tajjeb!

Napo f’ibda bit-tajjeb!
2006

Il-film huwa mfassal biex iqajjem għarfien dwar il-kwistjonijiet li jiltaqgħu magħhom żgħażagħ li jkunu se jibdew xogħol ġdid jew li jkunu se jibdew jaħdmu f’post tax-xogħol ġdid. Napo huwa mod ideali biex tintlaħaq udjenza żagħżugħa, speċjalment...

Ara l-filmAra l-episodji

Napo f’aqta’ dak l-istorbju!

Napo f’aqta’ dak l-istorbju!
2005

L-istorbju waqt ix-xogħol jaffettwa eluf ta’ ħaddiema. Il-film huwa mfassal biex jispjega wħud mill-kawżi prinċipali ta’ nuqqas ta’ smigħ u biex jenfasizza l-ħtieġa li l-ħoss jiġi kkontrollat mis-sors, il-ħtieġa li jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni u...

Ara l-filmAra l-episodji

Pages