You are here

Il-films ta' Napo

"L-aħjar mod kif tuża Napo huwa li taħseb Napo"

Is-serje ta’ films ta’ Napo hija prodotta fi grafika tal-kompjuter. Il-films jippreżentaw karattri fid-dinja tax-xogħol, li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.

Il-karattru prinċipali, Napo, u sħabu jesprimu ruħhom f’lingwa mingħajr kliem. L-istejjer tagħhom għandhom valur edukattiv. Huma jqajjmu mistoqsijiet u jqanqlu dibattitu fuq aspetti speċifiċi ta’ sigurtà fuq ix-xogħol. Xi drabi jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi jew iwasslu għalihom.

Hija din it-taħlita ta’ edukazzjoni, newtralità kulturali u umoriżmu mqiegħda fi stil ta’ kartûn li tagħti lis-serje ta’ "Napo" l-identità tagħha. Napo huwa karattru simpatiku imma traskurat. Il-lingwa universali ta’ Napo tagħmel il-films ta’ Napo adatti għal kulħadd. Kull xena hija indipendenti mill-oħrajn u tista’ tintuża bħala film wieħed, jew individwalment.

Billi Napo huwa karattru tal-kartûn huwa jista’ jesplora oqsma li ma jkunux possibli fi dramm jew dokumentarji. Xejn ma jista’ jeqirdu u ma jispiċċa qatt, mhux bħall-ħaddiema li qed nippruvaw inħarsu.

Napo f’tindifa tajba

Napo f’tindifa tajba
2004

Dan il-film juri r-riskji ta’ saħħa u sigurtà li jiltaqgħu magħhom ħaddiema fl-industrija tat-tindif u simili nklużi żlieq u tfixkil, waqgħat, immaniġġjar manwali u ħidma solitarja. L-udjenza fil-mira hija kuntratturi u intrapriżi tat-tindif imma l-...

Ara l-filmAra l-episodji

Napo f’sigur fuq is-sit

Napo f’sigur fuq is-sit
2004

Napo qed jaħdem fuq sit ta’ kostruzzjoni u l-film juri wħud mill-perikli u r-riskji komuni fuq is-sit. Bħala impjegat, Napo jrid jiffaċċja ħafna sitwazzjonijiet perikolużi imma jirnexxielu jegħleb il-provi iebsin tiegħu. Il-film huwa prodott għall-...

Ara l-filmAra l-episodji

Sicherer Auftritt mit Napo (Iżżomm saqajk mal-art ma' Napo)

Sicherer Auftritt mit Napo (Iżżomm saqajk mal-art ma' Napo)
2003

Is-sigurtà fuq ix-xogħol teħtieġ previżjoni kif ukoll organizzazzjoni soda tax-xogħol. F'dan il-film, l-eroj tagħna Nepo jiżloq, jitfixkel u jaqa' minn xena perikoluża għal oħra. Is-sitt xeni qosra jistgħu jintużaw fi preżentazzjonijiet u workshops...

Ara l-film

Ħokk u xomm...riskji kimiċi fuq ix-xogħol

Ħokk u xomm...riskji kimiċi fuq ix-xogħol
2003

Napo huwa involut f’serje ta’ drammi komiċi qosra dwar ħidma fuq sustanzi kimiċi, inklużi dawk li huma irritanti, fjammabbli, korrużivi, tossiċi jew ta’ periklu għall-ambjent. Kull skeċċ huwa segwit minn sekwenza qasira li turi kif tevita inċidenti...

Ara l-filmAra l-episodji

Pages