You are here

Il-films ta' Napo

"L-aħjar mod kif tuża Napo huwa li taħseb Napo"

Is-serje ta’ films ta’ Napo hija prodotta fi grafika tal-kompjuter. Il-films jippreżentaw karattri fid-dinja tax-xogħol, li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.

Il-karattru prinċipali, Napo, u sħabu jesprimu ruħhom f’lingwa mingħajr kliem. L-istejjer tagħhom għandhom valur edukattiv. Huma jqajjmu mistoqsijiet u jqanqlu dibattitu fuq aspetti speċifiċi ta’ sigurtà fuq ix-xogħol. Xi drabi jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi jew iwasslu għalihom.

Hija din it-taħlita ta’ edukazzjoni, newtralità kulturali u umoriżmu mqiegħda fi stil ta’ kartûn li tagħti lis-serje ta’ "Napo" l-identità tagħha. Napo huwa karattru simpatiku imma traskurat. Il-lingwa universali ta’ Napo tagħmel il-films ta’ Napo adatti għal kulħadd. Kull xena hija indipendenti mill-oħrajn u tista’ tintuża bħala film wieħed, jew individwalment.

Billi Napo huwa karattru tal-kartûn huwa jista’ jesplora oqsma li ma jkunux possibli fi dramm jew dokumentarji. Xejn ma jista’ jeqirdu u ma jispiċċa qatt, mhux bħall-ħaddiema li qed nippruvaw inħarsu.

Napo... fl-istress mis-sħana (Walk the talk)

Napo... fl-istress mis-sħana (Walk the talk)
2018

Fit-tieni film qasir, Napo qiegħed jaħdem ġo fonderija qrib metall jaħraq li jkun qed inixxi minn forn. Napo għandu bżonn jixrob aktar ilma, iżda jinjora l-parir tal-Imgħallem u jieħu xorb li jagħti l-enerġija, jiekol bars taċ-ċikkulata u jieħu...

Ara l-film

Napo... fl-istress mis-sħana (The duel)

Napo... fl-istress mis-sħana (The duel)
2018

Fl-ewwel film minn żewġ films qosra, Napo qiegħed jaħdem fuq sit tal-kostruzzjoni taħt xemx tiżreġ. Aktar ma jaħdem, aktar togħla x-xemx u aktar tiżreġ. Napo għandu bżonn jixrob l-ilma biex jevita d-deidrazzjoni, iżda jitfixkel u jibda jħossu ħażin...

Ara l-film

Napo fi... Jien kommmitmensch

Napo fi... Jien kommmitmensch
2018

Napo ilu figura ċentrali fis-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (OSH) fuq il-post tax-xogħol għal aktar minn 20 sena. Bil-manjiera komika tiegħu, hu jattira l-attenzjoni lejn u jqajjem sensibilizzazzjoni tas-suġġetti relatati mal-OSH l-aktar...

Ara l-film

Napo fi... trab fuq il-post tax-xogħol

Napo fi... trab fuq il-post tax-xogħol
2018

It-trab fuq il-post tax-xogħol huwa problema potenzjali f’żewġ modi differenti iżda sinifikanti: problemi respiratorji u splużjonijiet tat-trab. L-effetti ta’ ħsara tat-trab jistgħu jvarjaw minn irritazzjoni tal-ġilda għall-kanċer tal-pulmun, skont...

Ara l-filmAra l-episodji

Pages