Il-films ta' Napo
"L-aħjar mod kif tuża Napo huwa li taħseb Napo"
Is-serje ta’ films ta’ Napo hija prodotta fi grafika tal-kompjuter. Il-films jippreżentaw karattri fid-dinja tax-xogħol, li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.
Il-karattru prinċipali, Napo, u sħabu jesprimu ruħhom f’lingwa mingħajr kliem. L-istejjer tagħhom għandhom valur edukattiv. Huma jqajjmu mistoqsijiet u jqanqlu dibattitu fuq aspetti speċifiċi ta’ sigurtà fuq ix-xogħol. Xi drabi jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi jew iwasslu għalihom.
Hija din it-taħlita ta’ edukazzjoni, newtralità kulturali u umoriżmu mqiegħda fi stil ta’ kartûn li tagħti lis-serje ta’ "Napo" l-identità tagħha. Napo huwa karattru simpatiku imma traskurat. Il-lingwa universali ta’ Napo tagħmel il-films ta’ Napo adatti għal kulħadd. Kull xena hija indipendenti mill-oħrajn u tista’ tintuża bħala film wieħed, jew individwalment.
Billi Napo huwa karattru tal-kartûn huwa jista’ jesplora oqsma li ma jkunux possibli fi dramm jew dokumentarji. Xejn ma jista’ jeqirdu u ma jispiċċa qatt, mhux bħall-ħaddiema li qed nippruvaw inħarsu.
Topics
Napo u stress relatat mat-teknoloġija
ICT/digitalisation
Meta l-postijiet tax-xogħol jintroduċu teknoloġiji u għodod diġitali ġodda , il-konsultazzjoni mal-ħaddiema qabel l-implimentazzjoni hi kruċjali sabiex tipprevjeni stress relatat mat-teknoloġija. Dan…
Napo fi... vjolenza fuq il-post tax-xogħol
Riskji psikosoċjali u stress
Il-vjolenza relatata max-xogħol tista’ tinvolvi abbuż minn membri tal-pubbliku inkluż klijenti, pazjenti, utenti tas-servizz jew studenti b'aġir mhux xieraq lejn il-persuna li tkun qiegħda twettaq…
Napo fi... sħana wisq biex taħdem
Stress mis-sħana
It-tibdil fil-klima poġġa fuq quddiem l-aġenda politika u soċjali. Il-film il-ġdid ta’ Napo huwa mfassal biex iqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-ambjent tax-…
Napo fi ... storja tal–aħjar sinjali — magħmul mill–ġdid (2023)
Sinjali u tikketti
L-ewwel film fis-serje ta’ Napo tipprovdi introduzzjoni bażika ta’ sinjali u simboli tas-saħħa u s-sigurtà li jinsabu fuq il-post tax-xogħol. Huwa jipprovdi gwida utli għal impjegati ġodda u…
