You are here

Ikkuntattjana

Kun żgur li tagħti ħarsa lejn il-Mistoqsijiet Frekwenti hawn taħt qabel tressaq mistoqsija. Forsi din diġà kienet imwieġba. 

1. Huwa possibbli li neditja jew inbiddel il-films?

Le. Il-films huma koperti mid-dritt tal-awtur. Dawn id-drittijiet għall-użu tal-films ta’ Napo ma jestendux għall-editjar jew għall-modifika tal-films, l-użu tal-films fi produzzjonijiet ta’ films jew prodotti multimedjali oħrajn, jew l-użu tal-films għall-finijiet ta’ reklamar jew promozzjoni.

2. Huwa possibbli li nuża xeni individwali mill-films ’ Napo fi preżentazzjonijiet bil-PowerPoint?

Iva. Ix-xeni individwali mill-films ta’ Napo jistgħu jintużaw fi preżentazzjonijiet bil-PowerPoint u fuq siti tal-Intranet bi kreditu xieraq għall-produtturi fil-forma ta’ end-frame li jista’ jitniżżel minn hawnhekk.

3. Huwa possibbli li nagħmel link għall-websajt ta’ Napo?

Iva. Il-Konsorzju ta’ Napo jippermetti links għall-Paġna Prinċipali tal-websajt ta’ Napo www.napofilm.net iżda ma japprovax l-ospitar tal-films ta’ Napo fuq websajts oħrajn.

4. Huwa possibbli li nuża l-karattru ta’ Napo jew l-immaġini ta’ Napo għall-identità tal-kampanja tiegħi?

Le. Il-karattru ta’ Napo jista’ jintuża biss direttament fil-promozzjoni tal-films ta’ Napo. Mhuwiex possibbli li tuża l-karattru ta’ Napo jew kwalunkwe immaġini ta’ Napo għall-immarkar korporattiv ta’ pubbliċità, promozzjoni jew pubblikazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà.

5. Huwa possibbli li nniżżel films mis-sit web ta’ Napo?

Iva. Biex tniżżel il-films Napo kompleti jew xeni magħżula fuq il-PC tiegħek mur fuq is-sit web ta' Napo (www.napofilm.net) u mur fuq il-film jew ix-xena li trid tniżżel. Tista' jew tikklikkja fuq il-buttuna 'niżżel' Niżżel ikon, jew żid il-vidjow tiegħek maċ-ċentru tat-tniżżil, billi tikklikkja fuq il-buttuna 'ċentru tat-tniżżil Niżżel ikon taċ-ċentru.

Il-buttuna taċ-"ċentru tat-tniżżil" iżżid il-vidjows magħżula ma' lista li tista' taċċessa mill-bar tal-menu ta' fuq tas-sit web. Minn hemmhekk se tara lista bil-vidjows magħżula kollha tiegħek li tista' tniżżel f'operazzjoni waħda. Biex tneħħi vidjows magħżula mil-lista taċ-'ċentru tat-tniżżil', ikklikkja fuq il-buttuna "X".

Jekk jogħġbok, innota li l-opzjoni ta' tniżżil mhijiex disponibbli fil-verżjoni mobbli.

6. Huwa possibbli li ntella’ films jew xeni minn films ta’ Napo fuq il-websajt tiegħi jew uq il-websajt tal-kumpanija tiegħi?

Le. Tista’ tagħmel link għall-websajt ta’ Napo (www.napofilm.net) iżda mhuwiex permess li ttella’ l-films.

7. Huwa possibbli li nuża l-films ta’ Napo fuq l-Intranet tal-kumpanija tiegħi?

Iva. Tista’ tniżżel il-films u ttellagħhom fuq sit tal-Intranet intern.

8. Huwa possibbli li nuża l-films jew xeni mill-films ta’ Napo fi programm ta’ Tagħlim Elettroniku?

Huwa possibbli li tinkludi films jew xeni minn films ta’ Napo biss jekk it-tagħlim elettroniku jkun intiż esklussivament għal użu intern fi ħdan il-kumpanija jew l-organizzazzjoni. Jekk il-programm ta’ Tagħlim Elettroniku huwa intiż għal użu estern bħala parti minn pakkett ta’ taħriġ għall-bejgħ, mhuwiex possibbli li tinkludi l-films jew xeni mill-films ta’ Napo.

9. Kif nista’ nikseb id-DVDs ta’ Napo?

Tista’ tikseb kopji tad-DVDs ta’ Napo mingħand il-membri tal-Konsorzju tan-Napo (AUVA fl-Awstrija, DGUV fil-Ġermanja, HSE fir-Renju Unit, INAIL fl-Italja, INRS fi Franza u SUVA fl-Isvizzera). Fi bnadi oħrajn fl-Unjoni Ewropea (UE), fil-pajjiżi taż-Żona Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew fil-Pajjiżi Kandidati, inti għandek tikkuntattja lill-Punt Fokali Nazzjonali tal-EU-OSHA f’pajjiżek (https://osha.europa.eu/mt/about-eu-osha/national-focal-points). Barra mill-Ewropa, jekk jogħġbok agħmel kuntatt fuq info [at] napofilm [dot] net.

10. X'inhuma d-differenzi bejn l-MP4 u l-WMV?

MP4 jew MPEG-4 huwa standard għall-kompressjoni tal-vidjows, żviluppat mill-Moving Picture Experts Group (MPEG); ġeneralment użat għal skambji ta' fajls ta' vidjows fuq l-Internet. Jista' jiġi kkupjat fuq kważi kull tagħmir u sistema operattiva.

WMV tfisser Windows Media Video, żviluppata mill-Microsoft. Tista' tinkuldi l-vidjows b'dan il-format fil-Microsoft Office. Tista' tara wkoll il-vidjows WMV fuq diversi media players, bħall-VLC, il-KMPlayer, l-Mplayer, u l-Microsoft Flip4Mac software, kif ukoll fuq il-WMV files fuq il-QuickTime Player.

Talbiet u mistoqsijiet

It-talbiet u l-mistoqsijiet l-oħrajn kollha għandhom isiru lill-Konsorzju ta’ Napo. Ikkuntattjana permezz ta’ email fuq info [at] napofilm [dot] net