Skip to main content

Drittijiet u Permessi

Il-films ta’ Napo huma l-proprjetà ta’ Via Storia, il-kumpanija tal-produzzjoni bbażata fi Strasburgu, Franza, u l-Konsorzju ta’ Napo li jiffinanzja u jipproduċi l-films f’isem grupp żgħir ta’ organizzazzjonijiet Ewropej tas-saħħa u s-sigurta: AUVA (l-Awstrija); CIOP (Il-Polonja); DGUV (il-Ġermanja); INAIL (l-Italja); INRS (Franza); TNO (Olanda) u SUVA (l-Isvizzera). Minbarra dan, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għandha ftehim mad-DGUV (f’isem il-Konsorzju) biex tirriproduċi u tforni kopji tal-films ta’ Napo lill-Punti Fokali nazzjonali fl-Istati Membri kollha tal-UE, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi tal-EFTA.

Id-dritt tal-awtur

Id-dritt tal-awtur huwa vestit f’Via Storia.

Il-Konsorzju ta’ Napo jgawdi ċerti drittijiet bħall-ko-produtturi, inklużi d-drittijiet sħaħ, mingħajr limitu ta’ żmien, biex jużaw il-films fi ħdan il-qasam ta’ ħidma tal-istituzzjoni tagħhom, u biex jirċievu master tapes li minnhom ikunu jistgħu jirriproduċu l-kopji.

Drittijiet

Il-films ta’ Napo jew ix-xeni individwali mill-films jistgħu jintużaw liberament għall-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tqajjim ta’ kuxjenza mingħajr il-ħtieġa li jintalab permess minn qabel mingħand il-Konsorzju ta’ Napo.

Ix-xeni individwali mill-films ta’ Napo jistgħu jintużaw fi preżentazzjonijiet bil-PowerPoint u fuq siti tal-Intranet bi kreditu xieraq għall-produtturi fil-forma ta’ end-frame li jista’ jitniżżel minn hawnhekk..

Dawn id-drittijiet mhumiex estiżi għal:

  • l-editjar, ir-reviżjoni jew l-immodifikar tal-films

  • l-użu tal-films u ta’ xeni mill-films fi produzzjonijiet oħrajn ta’ films/vidjos

  • l-użu tal-films jew ta’ xeni mill-films għal reklamar, promozzjoni jew approvazzjoni

  • id-duplikazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ kopji tal-films

  • il-pubblikazzjoni tal-films ta’ Napo fuq siti elettroniċi tal-Internet

  • l-inklużjoni tal-films jew ta’ xeni mill-films fi prodotti ta’ multimidja, sakemm ma jkunx awtorizzat b’mod speċifiku.

Il-Konsorzju ta’ Napo jippermetti links għall-Paġna Prinċipali tas-sit elettroniku ta’ Napo www.napofilm.net, iżda ma japprovax l-ospitar tal-films ta’ Napo fuq siti elettroniċi oħrajn.

Il-karattru ta’ Napo jista’ jintuża biss direttament fil-promozzjoni tal-film - mhuwiex possibbli li jintużaw il-karattru ta’ Napo jew kwalunkwe stampi tiegħu fil-pubbliċità, il-promozzjoni jew il-pubblikazzjoni ġenerali tas-saħħa u s-sigurtà.

Talbiet u mistoqsijiet

It-talbiet u l-mistoqsijiet l-oħrajn kollha għandhom isiru lill-Konsorzju ta’ Napo. Ikkuntattjana permezz ta’ email fuq contact form.