Napo huwa l-eroj tas-serje tal-kartûn. Huwa simbolu ta’ impjegat li jaħdem f’kull industrija jew settur. Napo mhuwiex limitat għal xogħol jew ambjent ta’ xogħol wieħed speċifiku imma l-personalità u d-dehra fiżika tiegħu jibqgħu l-istess fil-films kollha.
Napo huwa persuna normali – la tajjeb u lanqas ħażin, la żagħżugħa u lanqas anzjana. F’dan ir-rigward, il-kultura tiegħu hija newtrali. Huwa ħaddiem bieżel li jista’ jkun vittma ta’ sitwazzjonijiet li m’għandu l-ebda kontroll fuqhom imma jista’ wkoll jidentifika perikli jew riskji, u jagħmel suġġerimenti biex itejjeb is-sigurtà u l-organizzazzjoni tax-xogħol.
Napo huwa karattru gustuż u li jiġbdek b’reazzjonijiet u emozzjonijiet qawwija. Meta Napo jkun imdejjaq, imxabba’ jew miġbud lejn xi ħadd – jidher ċar! F’dan is-sens, kulħadd jista’ jidentifika lilu nnifsu ma’ Napo, minn impjegati żgħażagħ sa xi ħadd li ilu jaħdem fil-kumpanija għal snin twal.
Niżżel il-fuljett promozzjonali tan-Napo