Skip to main content

Napo for teachers

Permezz tal-użu tal-karattru tant popolari ta’ Napo, l-EU-OSHA (l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol), fasslet serje ta’ lezzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) għall-għalliema, immirati lejn l-introduzzjoni ta’ suġġetti dwar is-sigurtà u s-saħħa għall-istudenti tal-iskola primarja b’mod edukattiv, iżda divertenti u immaġinattiv fl-istess ħin, bl-użu ta’ filmati ta’ NAPO.

Għal kull lezzjoni, imfassla madwar film/xena waħda ta’ Napo, jiġu deskritti l-objettivi tat-tagħlim, u l-għalliema għandhom l-għażla ta’ diversi attivitajiet u huma pprovduti bir-riżorsi meħtieġa, kif ukoll b’xi ideat dwar kif għandhom jevalwaw il-prestazzjoni tal-istudenti. Il-lezzjonijiet huma mfassla biex ikunu flessibbli, biex jiddaħħlu flimkien mas-suġġetti attwali tal-kurrikulu u jirrinfurzawhom, u biex jgħinu lill-għalliema u lill-istudenti fil-klassi.