Dawn ir-riżorsi jippermettu lill-organizzazzjonijiet jużaw il-films Napo biex iqajmu sensibilizzazzjoni dwar suġġetti relatati mas-saħħa u s-sigurtà fi ħdan gruppi tal-persunal proprju tagħhom u tal-ktajjen tal-provvista. Ir-riżorsi se jippermettu lill-organizzazzjonijiet jagħtu pariri dwar suġġetti relatati mas-saħħa u s-sigurtà, u se jgħinu biex tiġi ġġenerata diskussjoni dwar is-suġġetti. Dawn huma adatti wkoll biex jintużaw f’korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali.
