Skip to main content

L–avventuri ta’ Napo

Categories
Prevenzjoni tal-aċċidenti

Il-film iħares lejn ir-riskji komuni fuq il-post tax-xogħol u huwa ideali għal żgħażagħ li għandhom ftit jew xejn esperjenza ta’ xogħol. Huwa jenfasizza l-għarfien tar-riskju, il-ħtieġa ta’ ħidma b’mod sigur u l-importanza tat-taħriġ. Dan il-film huwa adattat għas-setturi kollha u għal-livelli kollha ta’ impjegati, imma b’mod speċjali għal żgħażagħ f’fażi ta’ taħriġ jew ta’ esperjenza ta’ xogħol. L-għanijiet huma li jitqajjem għarfien dwar riskji bażiċi u li ssir stedina lill-udjenza biex tirrifletti fuq inċidenti u tiddiskuti kif tista’ tevithom. Hemm disa’ diżavventuri u kull waħda hija tipika ta’ riskju individwali jew kollettiv f’intrapriża. Il-film jenfasizza l-importanza li ssir senjaletika eżatta tar-riskji, li wieħed jifhem sew tikketti ta’ twissija, sigurtà waqt vjaġġar lejn u mix-xogħol, l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq, li ma jittieħdux riskji, l-użu ta’ imballaġġ l-aktar xieraq u tajjeb, l-importanza li ma jittieħdux toroq qosra u l-importanza li tagħmir tax-xogħol jitħaddem minn ħaddiema mħarrġa.

Download