Skip to main content

L–istorja tal–aħjar sinjali

Categories
Sinjali tas-sigurtà
Prevenzjoni tal-aċċidenti

L-ewwel film fis-serje ta’ Napo tipprovdi introduzzjoni bażika ta’ sinjali u simboli tas-saħħa u s-sigurtà li jinsabu fuq il-post tax-xogħol. Huwa jipprovdi gwida utli għal impjegati ġodda u aġġornament siewi għal ħaddiema oħrajn. Jintwerew sitwazzjonijiet tal-post tax-xogħol differenti fejn sinjali tas-sigurtà huma importanti. Dan il-film huwa addattat għas-setturi kollha u għal-livelli kollha ta’ impjegati, imma b’mod speċjali għal żgħażagħ f’fażi ta’ taħriġ jew ta’ esperjenza ta’ xogħol.

Huwa mfassal biex jgħarraf lill-udjenza dwar is-sinjali tas-sigurtà fuq ix-xogħol, jippromwovi l-importanza li wieħed jirrispetta s-sinjali, u li wieħed jitgħallem u jidentifika t-tifsira tas-sinjali permezz tal-forma u l-kulur tagħhom. Hemm tlettax-il skeċċ. Kull skeċċ jittratta sitwazzjoni ta’ xogħol fejn Napo huwa kkonfrontat mis-sinjali li jieħdu l-ħajja biex jgħallmuh it-tifsira tagħhom u l-importanza tas-sigurtà. Is-sekwenzi juru x’jiġri jekk wieħed ma jobdix is-sinjali, u l-ostakoli tekniċi u organizzattivi kontra l-ħidma effiċjenti tas-sinjali.

Download