Il-ħaddiema Ewropej qed jikbru fl-età. Sal-2030, 30% jew aktar tal-forza tax-xogħol f'ħafna mill-pajjiżi tal-UE mistennija li tkun magħmula minn ħaddiema li għandhom aktar minn 55 sena. Dan se joħloq sfidi kemm għall-ħaddiema, għal min iħaddem kif ukoll għan-negozji. Fil-filmat "Napo f'....Lura għal futur aktar b'saħħtu" naraw lill-eroj tagħna s'issa magħruf Napo, jivjaġġa fiż-żmien sabiex jiskopri l-elementi ewlenin li jwasslu għal ħajja tax-xogħol sostenibbli. L-istejjer juru l-importanza li jiġu mmaniġjati r-riskji mill-ewwel sa l-aħħar ġurnata tax-xogħol; l-importanza ta' politika fuq ix-xogħol dwar riabilitazzjoni u ritorn lura x-xogħol kif ukoll biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni minħabba l-età meta din isseħħ. Il-filmat huwa ddisinjat b'mod li juri ftit mill-kwistjonijiet, biex jixpruna diskussjoni kif ukoll sabiex iwassal għal postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa u jkunu aktar produttivi waqt li jindirizzaw l-isfidi ta' forza tax-xogħol li qed tikber fl-età.
Download