Dan il-film juri r-riskji ta’ saħħa u sigurtà li jiltaqgħu magħhom ħaddiema fl-industrija tat-tindif u simili nklużi żlieq u tfixkil, waqgħat, immaniġġjar manwali u ħidma solitarja. L-udjenza fil-mira hija kuntratturi u intrapriżi tat-tindif imma l-film huwa addattat għas-setturi kollha u għal-livelli kollha ta’ impjegati, b’mod speċjali għal żgħażagħ f’fażi ta’ taħriġ jew ta’ esperjenza ta’ xogħol. L-għanijiet huma li n-nies ikollhom għarfien dwar ir-riskji komuni fit-tindif, u l-opportunità li jiġu indikati miżuri ta’ prevenzjoni. Xi kultant Napo jieħu ħsieb u f'xi drabi oħrajn huwa jieħu r-riskji. Ma' Ninette, il-kollega tiegħu, l-imgħallem tiegħu u l-klijenti tiegħu, huwa jħabbat wiċċu ma' livelli differenti ta' riskju. Is-sitwazzjonijiet jagħtu l-opportunità ta’ diskussjoni dwar l-organizzazzjoni u l-ippjanar tax-xogħol, sinjali tas-sigurtà, l-użu ta’ slielem u banketti, problemi ta’ immaniġġjar manwali, ħidma flimkien, u ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni.
Download