Dan il-filmat huwa verżjoni riveduta ta' ‘Scratch and Sniff – chemical risks at work’ (Sustanzi perikolużi fuq il-Post tax-Xogħol) prodott fl-2003. Huwa jintroduċi bidliet għall-armonizzazzjoni tas-sinjali (pittogrammi) użati fit-trasport ta' oġġetti perikolużi u s-sinjali użati fil-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar (CLP) tas-sustanzi kimiċi. Is-seba' pittogrammi attwali għandhom jiġu sostitwiti b'disgħa.
Id-dati ewlenin huma: l-1 ta' Diċembru 2010, meta s-sustanzi għandhom jiġu klassifikati mill-ġdid u tikkettati skont is-sistema globali l-ġdida (GHS); u l-1 ta' Ġunju 2015, meta l-istess proċess se jiġi applikat għat-taħlitiet (li qabel kienu jsejħulhom preparati).
Napo huwa involut f'sensiela ta' sketches qosra li fihom jaħdem bis-sustanzi kimiċi inklużi dawk irritanti, fjammabbli, korrużivi, tossiċi jew ta' periklu għall-ambjent. Kull sketch hija segwita minn sekwenza qasira li turi kif wieħed għandu jipprevjeni l-inċidenti permezz ta’ prattiki ta’ ħidma siguri. Dan il-filmat huwa adatt għas-setturi kollha u għal-livelli kollha tal-impjegati. L-għan huwa dak li tinġibed l-attenzjoni lejn l-importanza tat-tikkettar tal-prodotti kimiċi. Wara xena ta' ftuħ bi splużjoni, sitt sekwenzi juru l-ewwel il-mod il-ħażin flimkien mal-konsegwenzi serji mbagħad il-mod it-tajjeb billi jiġu rispettati l-istruzzjonijiet ta' sigurtà.
Download