Categories
It-trab fuq il-post tax-xogħol huwa problema potenzjali f’żewġ modi differenti iżda sinifikanti: problemi respiratorji u splużjonijiet tat-trab. L-effetti ta’ ħsara tat-trab jistgħu jvarjaw minn irritazzjoni tal-ġilda għall-kanċer tal-pulmun, skont l-għamla tat-trab, u t-tip u l-grad ta’ esponiment.
“Napo fi… trab fuq il-post tax-xogħol” juri ftit mill-ħafna sitwazzjonijiet u sustanzi attivi li jiġġeneraw trab u jenfasizza l-importanza tal-kontroll tal-esponiment għat-trab fuq il-post tax-xogħol biex jiġi evitat il-mard. Il-film jispiċċa b’ħoss qawwi - splużjoni tat-trab - il-kombustjoni rapida ta’ partikoli fini sospiżi fl-arja ta’ spiss, iżda mhux dejjem, fi spazju magħluq.
Download