Skip to main content

Napo...u r–robots fil–postijiet tax–xogħol

Categories
ICT/digitalisation
Prevenzjoni tal-aċċidenti
Manutenzjoni
Ergonomija

Dan il-filmat jagħti introduzzjoni għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fir-rigward tal-użu tar-robots u jiddeskrivi wħud mit-teknoloġiji tar-robotika li qed jiġu żviluppati dan l-aħħar. Apparti hekk, il-filmat jindirizza wkoll uħud mill-inċidenti relatati mal-użu tar-robotika, kif ukoll il-perikli ewlenin u l-mod kif tali perikli jistgħu jiġu kkontrollati.

Ħaddiema li jaħdmu fuq il-linja ta’ produzzjoni huma l-aktar persuni li huma esposti għar-riskju. Warajhom, insibu l-ħaddiema li jaħdmu fil-manutenzjoni. Il-korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol huma ikkawżati l-aktar minn disinn ħażin tal-postijiet tax-xogħol kif ukoll minn żbalji umani.

L-avvanzi fit-teknoloġija tal-atomazzjoni, inkluż ir-robots fissi, kollaborattivi u dawk mobbli, kif ukoll, l-exoskeletons, għandhom il-potenzjal kemm li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll li jintroduċu perikli fil-postijiet tax-xogħol fis-settur tal-manifattura.

Download