Skip to main content

Napo f’ħaffef il–piż!

Categories
Disturbi muskuloskeletali (MSDs)
Ergonomija
Tqandil tat-tagħbijiet

Id-Disturbi Muskolu-Skeletali (MSDs) jirrapreżentaw l-aktar problema komuni tas-saħħa relatata max-xogħol fl-Ewropa, li taffettwa miljuni ta’ ħaddiema – xi darba f’ħajjithom daqs 90% tan-nies isofru minn uġigħ fid-dahar, disturbi fil-parti ta’ fuq tad-dirgħajn, u korrimenti minħabba sforzi ripetittivi.

'Ħaffef il-piż' tappoġġja approċċ ta’ maniġment integrat li jindirizza Disturbi Muskolu-Skeletali, u l-ħtieġa li jiġi indirizzat il-'piż kollu fuq il-ġisem', li tkopri l-istress u l-isforzi kollha, fatturi ambjentali bħal kundizzjonijiet ta’ xogħol kesħin, il-pass li bih isir ix-xogħol, u l-piż li jkun qiegħed jitressaq.

Il-film juri lil Napo jikkonfronta sitwazzjonijiet differenti ta’ xogħol u huwa addattat għall-ħaddiema kollha, inklużi ħaddiema migranti u temporanji. Hemm ħdax-il xena li juru sitwazzjonijiet tipiċi li wieħed jiltaqa’ magħhom fuq il-post tax-xogħol.

Download