Il-filmat iqajjem kuxjenza dwar il-perikli tal-espożizzjoni tal-ġilda għal sustanzi li jagħmlu l-ħsara (u xi kultant mhux daqshekk ta' ħsara), is-sitwazzjonijiet meta l-espożizzjoni ssir, u x'jista' jsir biex jiġu evitati r-riskji, tipproteġi l-ġilda u tipprevjeni l-ħsara. Napo jiskopri ħafna sitwazzjonijiet differenti meta l-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi u sustanzi oħra tista' tikkawża problemi tal-ġilda. Isir jaf dwar il-kwalitajiet tal-għaġeb li għandha l-ġilda, u jinża għarwien biex juri lill-pubbliku: ‘Dak kollu li dejjem xtaqt tkun taf dwar... il-ġilda tiegħek’. Jidentifika miżuri għall-prevenzjoni ta' problemi u għandu tliet messaġġi importanti x'jibgħat: Evita – Ipproteġi – Ikkontrolla.
Il-kuntatt ma' sustanzi kimiċi jiġi evitat jew minimizzat permezz tal-eliminazzjoni - bl-użu ta' metodu mekkaniku minflok wieħed kimiku; permezz tas-sostituzzjoni - bl-użu ta' alternattiva aktar sigura; u permezz ta' żamma ta' distanza sigura waqt ix-xogħol - bl-użu ta' għodda aktar milli kuntatt dirett. It-tagħmir ta' protezzjoni personali (PPE) huma ddisinjati biex jipproteġi l-ġilda iżda Napo jfakkarna fl-importanza li nieħdu ħsieb il-ġilda billi jurina t-tneħħija minnufih tal-kontaminazzjoni, il-ħasil tal-ġilda kif suppost, it-tnixxif bir-reqqa tal-ġilda u l-applikazzjoni regolari ta' kremi tal-ġilda.
Fl-aħħar Napo jirrakkomanda kontrolli regolari għal sinjali bikrin ta' problemi tal-ġilda.
Download