Napo f’... manutenzjoni sikura

Napo f’... manutenzjoni sikura
Categories
Manutenzjoni
Prevenzjoni tal-aċċidenti

Standards baxxi ta’ manutenzjoni huma kawża kbira tal-inċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol. Ħafna inċidenti jseħħu waqt xogħol ta’ manutenzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni jew kwalità baxxa ta’ manutenzjoni.

Dan il-film juri lil Napo f’diveri siitwazzjonijiet; kultant jagħmilha ta’ ħaddiem tal-manutenzjoni, u drabi oħra jagħmilha ta’ impjegat. Naraw l-importanza tal-iżolament jew l-“għeluq” meta jkun qed isir xogħol ta’ manutenzjoni bil-makkinarju, il-problemi ta’ “perikli moħbija”, ix-xogħol fi spazji żgħar, u l-importanza ta’ ħaddiema kompetenti fix-xogħol ta’ manutenzjoni, b’mod partikolari l-ispezzjoni u l-ittestjar.


Dan il-film, li huwa ideali għall-oqsma kollha u l-livelli kollha tal-impjegati, jixħet dawl fuq il-prattiċi tajba u jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza ta’ manutenzjoni sikura.