Dan id-DVD jiffoka l-aktar fuq it-trasport fil-post tax-xogħol, b’mod partikolari fuq l-użu ta’ fork-lift truck flimkien ma` meżżi oħra ta` transport. Il-film juri xeni ta` żoni mingħajr perikli, sigurta tan-nies, sigurta tal-makkinarju, manutenzjoni, viżibbilta ċara, riversjar u l-ħatt ta` tagħbija. Il-messaġġ tal-film huwa ta` importanza għall-haddiema b`mod partikolari għal dawk ġodda jew żgħażagħ.
Dan il-film jenfasiżża b’mod speċjali li t-trasport fuq il-post tax-xogħol għandu jkun organiżżat u mmaniġġjat tajjeb. Għalhekk irid ikun ippjanat, implimentat u mmonitorjat mill- management. Irid dejjem isir risk assessment biex jiġu stabbiliti il-perikli u r-riskji fuq il-post tax-xogħol, u għandha tittieħed kull azzjoni neċessarja f`każ ta` bżonn. Min-naħa tal-ħaddiema, dawn għandhom ikunu imħarrġa u ssorveljati tajjeb, u jkun hemm koperazzjoni sabiex ir-riskji jiġu mnaqqsa u il-perikli jkunu kkontrollati.
Download