Napo qed jaħdem fuq sit ta’ kostruzzjoni u l-film juri wħud mill-perikli u r-riskji komuni fuq is-sit. Bħala impjegat, Napo jrid jiffaċċja ħafna sitwazzjonijiet perikolużi imma jirnexxielu jegħleb il-provi iebsin tiegħu. Il-film huwa prodott għall-ħaddiema tal-bini u tal-kostruzzjoni imma huwa adattat għas-setturi kollha u għal-livelli kollha ta’ impjegati, b’mod speċjali għal żgħażagħ f’fażi ta’ taħriġ jew ta’ esperjenza ta’ xogħol. L-għanijiet huma li jitqajjem għarfien dwar ir-riskji l-aktar spissi li wieħed jiltaqa’ magħhom f’sit ta’ kostruzzjoni u li tingħata opportunità li wieħed jaħseb fuq miżuri ta’ prevenzjoni adatti għal dik is-sitwazzjoni. L-introduzzjoni turi karattri differenti, Napo bħala ħaddiem fil-bini, kollega, l-imgħallem u l-perit. Sitwazzjonijiet differenti ta’ riskju huma murija f’seba’ stejjer qosra. Protezzjoni kontra ż-żurżieqa li minnha jintefgħu oġġetti, waqgħat mill-għoli, korsa ta’ ostakli, uġigħ fid-dahar, organizzazzjoni ta’ rotot ta’ trasport, iġjene u sigurtà tas-sit.
Download