Minħabba l-miżuri sabiex jiġi kkontrollat il-Coronavirus, kien meħtieġ li numru ta’ persuni jaħdmu mid-dar. Dan mhux dejjem jaf ikun tajjeb daqs kemm meta taħdem mill-uffiċju. Hemm ħafna fatturi ġodda li għandhom jiġu kkunsidrati fosthom l-użu tal-apparat tax-xogħol, stazzjon fejn isir ix-xogħol, il-fatt li taħdem waħdek, il-familja u t-tfal, interruzzjonijiet u l-fatt li jkollok rutina tax-xogħol ġdida. NAPO jrid li jiġi żgurat li kulħadd ikun jista’ jaħdem mid-dar b’mod produttiv, u b’mod li tiġi assigurta kemm jista’ tkun is-saħħa u s-sigurtà. Bis-sapport tal-imgħallem kif ukoll tal-kollega Napette, Napo għandu ftit pariri tajbin u jgħid:
“Waqqaf il-pandemija, aħdem mid-dar...u aħdem b’mod sigur!”
Download