Skip to main content

Napo fil–... meta jolqtok l–istress

Categories
Riskji psikosoċjali u stress

L-istress fuq il-post tax-xogħol huwa r-raġuni għal perċentwal għoli ta’ jiem ta’ xogħol mitlufa, u l-għadd ta’ persuni li jsofru minn kundizzjonijiet marbuta mal-istress qiegħed jiżdied.

Napo jidentifika wħud mill-kawżi tal-istress fuq il-post tax-xogħol fl-istil umoruż tradizzjonali tiegħu li jinkludu domandi eċċessivi, nuqqas ta’ kontroll, pressjoni kostanti, imġiba inaċċettabbli, nuqqas ta’ rispett, bidla, ippjanar ħażin u struzzjonijiet kontradittorji li jwasslu għal żbalji, għeja, eżawriment u prestazzjoni baxxa.

Ir-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol jistgħu jkunu ttrattati b’suċċess, u l-ġestjoni tar-riskji ttejjeb il-benessri tal-ħaddiema u l-prestazzjoni tal-kumpaniji. Is-soluzzjoni hija l-prevenzjoni. Dan il-film huwa mfassal għall-ambjenti kollha tax-xogħol u huwa maħsub biex jiftaħ diskussjoni dwar uħud mill-aktar kwistjonijiet diffiċli li jaffaċċjaw il-ħaddiema, il-maniġers u s-superviżuri.

Download