Ix-xogħol fl-għoli huwa attività riskjuża ħafna. Il-waqgħat mill-għoli huma ta’ tħassib serju ħafna u l-inċidenti ta’ spiss jirriżultaw fi ġrieħi gravi jew saħansitra mewt. Il-vittmi u l-familji tagħhom mhumiex l-uniċi persuni li jbatu.
Min iħaddem u l-kuntratturi għandhom l-obbligu li josservaw ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u li jimplimentaw sistema tax-xogħol sigura. Obbligi oħra jikkonċernaw l-evalwazzjoni tar-riskju u l-provvedimenti ta’ informazzjoni, struzzjonijiet, taħriġ u superviżjoni. Il-ħaddiema għandhom josservaw ukoll ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll, li josservaw is-sistemi ta’ xogħol siguri u li jevitaw li jpoġġu lilhom infushom kif ukoll lil ħaddieħor fir-riskju.
Dan il-filmat juri diversi attivitajiet li jinvolvu xogħol fl-għoli. Filmati oħra ta’ NAPO jindirizzaw ukoll dan is-suġġett, inkluż il-filmat “NAPO...fuq is-sit b’mod sigur” li jikkonċerna l-industrija tal-kostruzzjoni.
Download